Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fit3 ta’ Awwissu 2023 – QE, IJ vs DP, EB

(Kawża C494/23, Mahá )1

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QE, IJ

Konvenuti: DP, EB

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali , għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura intiża li tissostitwixxi l-kunsens tal-konvenut għar-rilaxx ta’ oġġett mis-sekwestru ġudizzjarju, li hija proċedura inċidentali għall-proċedura ta’ sekwestru ġudizzjarju mibdija permezz tat-tqegħid taħt sekwestru tal-oġġett issekwestrat mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?1

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-punt 2 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża li tissostitwixxi l-kunsens għar-rilaxx ta’ oġġett mis-sekwestru ġudizzjarju, imressqa minn waħda mill-partijiet fil-proċedura ta’ sekwestru ġudizzjarju tal-oġġett kontenzjuż kontra parti oħra f’din il-proċedura tikkostitwixxi talba fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

____________

1L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1ĠU 2012, L 351, p. 1.