Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2023 minn Groupe Canal+ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-47/22, DDR Kultur vs EUIPO – Groupe Canal+ (THE PLANET)

(Kawża C-500/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Groupe Canal+ (rappreżentanti: M. Georges-Picot u C. Cuny, avocates)

Partijiet oħra fil-proċedura: DDR Kultur UG (haftungsbeschränkt), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Jannar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________