Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Keil vs EUIPO – NaturaFit Diätetische Lebensmittelproduktion (BasenCitrate)

(Kawża T-330/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BasenCitrate – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Rudolf Keil (Grevenbrioch, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne, D. Walicka u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: NaturaFit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH (Röttenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Reber, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ April 2015 (Każ R 1541/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn NaturaFit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH u R. Keil.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rudolf Keil huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2015.