Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI – Tiertafel Deutschland (Tafel)

(Kawża T-710/13)1

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Tafel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nitschke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1074/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tiertafel Deutschland eV u Bundesverband Deutsche Tafel eV. DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1074/2012-4) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Bundesverband Deutsche Tafel eV.Tiertafel Deutschland eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 61 tal-01/05/2014.