Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2012 - Verband Deutscher Prädikatsweingüter vs UASI (GG)

(Kawża T-278/09) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kollettiva verbali GG - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband Deutscher Prädikatsweingüter eV, li qabel kienet Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement G. Schneider u fl-aħħar D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2009 (Każ R 1568/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verali GG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Verband Deutscher Prädikatsweingüter eV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.09.2009.