Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fl-10 ta’ Jannar 2022 – Caxamar - Comércio e Indústria de Bacalhau SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-23/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caxamar - Comércio e Indústria de Bacalhau SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, moqrija flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 1 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, b’mod speċifiku l-Artikolu 1 u l-punt 11 tal-Artikolu 2 tiegħu, mar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000, kif ukoll mal-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tippermetti l-konklużjoni li, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 22(1) tal-Código Fiscal do Investimento (il-Kodiċi Fiskali dwar l-Investiment), approvat permezz tad-Digriet Liġi Nru 162/2014 tal-31 ta’ Ottubru 2014 u l-Artikolu 1 u 2 tad-Digriet Ministerjali Nru 282/2014 tat-30 ta’ Diċembru 2014, l-attività ta’ pproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura relatati mal-“bakkaljaw immellaħ”, ‘bakkaljaw iffriżat”, u ‘‘bakkaljaw imlaħlaħ mill-melħ”, li jaqgħu taħt il-Kodiċi ta’ Attività Ekonomika 10204Rev3:, ma hijiex attività ta’ pproċessar ta’ prodott agrikolu għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna fiskali kkontemplata?

____________

1     ĠU 2014, L 187, p. 1.

1     ĠU 2013, L 354, p. 1.