Language of document : ECLI:EU:T:2014:182





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 — Ecologistas en Acción vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑603/11)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar it-twettiq ta’ proġett industrijali f’żona protetta skont id-Direttiva 92/43/KEE — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Oppożizzjoni mmanifestata mill-Istat Membru — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji — Informazzjoni dwar l-ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati — Kompetenza tal-istituzzjoni –Stħarriġ tal-fondatezza tar-rifjut ta’ aċċess fid-dawl tal-eċċezzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament — Portata — Obbligu ta’ motivazzjoni (Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 4(1) sa (3) u 5, 7 u 8) (ara l-punti 33, 34, 38-44, 47)

2.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji — Portata (Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 63, 64)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji — Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti — Kunċett — Interess suġġettiv tal-persuna kkonċernata li tipparteċipa f’proċedura deċiżjonali nazzjonali — Esklużjoni (Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 72, 74-76)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Settembru 2001, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-bini ta’ port fi Granadilla (Tenerife, Spanja), trażmessi mill-awtoritajiet Spanjoli lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ecologistas en Acción-CODA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.