Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Novartis vs UASI – Dr Organic (BIOCERT)

(Kawża T-605/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIOCERT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIOCEF – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dr Organic Ltd (Swansea, ir-Renju Unit)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1030/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Dr Organic Ltd.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1030/2014-4), hija annullata.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.