Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/14 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Alkoħol u spirti – Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Nuqqas ta’ fumus boni juris”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, J. Holmes, barristers, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walkerová u L. Armati, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 6261 finali, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/2005), implementata mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.