Language of document : ECLI:EU:T:2016:152

Kawża T‑103/14

Frucona Košice a.s.

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Dazji tas-sisa — Maħfra parzjali ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ arranġament ġuridiku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Drittijiet tad-difiża — Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati — Kriterju ta’ kreditur privat — Oneru tal-prova”)

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2016

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligu tal-Kummissjoni li tintima lill-persuni interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom – Esklużjoni tal-persuni kkonċernati mill-benefiċċju tad-drittijiet tad-difiża – Dritt tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jkun assoċjat mal-proċedura b’mod adegwat

(Artikolu 108(2) TFUE)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Irtirar – Atti illegali – Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni – Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida – Obbligu li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Assenza – Tkomplija tal-proċedura mill-punt tal-manfiestazzjoni tal-illegalità

(Artikolu 108(2) TFUE)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligu li jinstema’ l-benefiċjarju tar-riżorsi tal-Istat dwar l-evalwazzjoni ġuridika tal-Kummissjoni – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Illegalità suġġettiva min-natura tagħha – Invokazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat

(Artikolu 263(2) TFUE)

5.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Portata – Esklużjoni ta’ kull motiv li jirrigwarda l-legalità fil-mertu tal-att ikkontestat

(Artikolu 263(2) TFUE)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Intervent li għandu bħala effett li jnaqqas il-piż tal-ispejjeż ta’ impriża – Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Maħfriet tad-dejn mogħtija minn korpi pubbliċi lil impriża f’diffikultà –Impriża suġġett għal proċedura ta’ arranġament ġuridiku – Applikazzjoni tal-kriterju tal-kreditur privat – Għażla bejn diversi proċeduri – Kriterji ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proċeduri mill-Kummissjoni, inkluż it-tul tagħhom – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju tal-kreditur privat - Applikabbiltà tal-kriterju tal-kreditur privat – Stat li jaġixxi b’mod ieħor milli fil-kwalità ta’ awtorità pubblika tiegħu

(Artikolu 107(1) TFUE)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ kreditur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi kollha rilevanti tat-tranżazzjoni kontenzjuża – Possibbiltà kemm għal Stat Membru kif ukoll għall-benefiċjarju ta’ għajnuna li jinvoka l-kriterju ta’ kreditur privat – Oneru tal-prova

(Artikolu 107(1) TFUE)

10.    Rikors għal annullament – Ġurisidizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Sositituzzjoni tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE u 264 TFUE)

11.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami diliġenti u imparzjali – Teġid inkunsierazzjoni tal-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli

(Artikolu 108(2) TFUE)

12.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikolu 108(2) TFUE)

13.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Kriterju ta’ kreditur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

14.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tirrikorri għal esperti esterni

(Artikolu 107(1) TFUE)

15.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju tal-kreditur privat – Applikabbiltà indipendenti mill-forma tal-benefiċċju – Natura determinanti tal-kriterju tar-razzjonalità ekonomika għal kreditur privat tal-miżura inkwistjoni

Artikolu 107(1) TFUE

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52, 56, 69, 77)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 61, 64)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 70)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 81, 82)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 84, 85)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 91, 92)

7.      L-għoti minn kreditur pubbliku ta’ faċilitajiet ta’ ħlas lil impriża għal dejn li huwa dovut lilu minnha jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk, meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-vantaġġ ekonomiku b’hekk miksub, l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb, manifestament, faċilitajiet paragunabbli minn kreditur privat li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli ta’ dik ta’ kreditur pubbliku u li jkun qed ifittex li jitħallas is-somom dovuti lilu minn debitur li jkollu diffikultajiet finanzjarji. Din l-evalwazzjoni issir bl-applikazzjoni, fil-prinċipju, tal-kriterju ta’ kreditur privat, li, meta huwa applikabbli, jinsab fost l-elementi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tistabblixxi l-eżistenza ta’ tali għajnuna. Għaldaqstant huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq evalwazzjoni globali filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe element rilevanti f’dan il-każ li jippermettilha tiddetermina jekk l-impriża benefiċjarja kinitx tikseb, manifestament, faċilitajiet paragunabbli minn tali kreditur privat. F’dan ir-rigward, għandha titqies bħala rilevanti l-informazzjoni kollha li tista’ tinfluwenza, b’mod mhux negliġibbli, il-proċess deċiżjonali ta’ kreditur privat, prudenti u diliġenti b’mod normali, li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-kreditur pubbliku u li jipprova jikseb il-ħlas ta’ somom dovuti lilu minn debitur li għandu diffikultajiet sabiex iħallas.

Meta f’każ fejn kreditur privat prudenti u diliġenti b’mod normali jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-awtorità fiskali lokali kellu jagħżel bejn diversi proċeduri sabiex jikseb il-ħlas tas-somom dovuti lilu, huwa kellu jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull waħda minn dawn il-proċeduri bil-għan li jidentifika l-iktar alternattiva vantaġġuża. Il-proċess deċiżjonali tiegħu, influwenzat minn sensiela ta’ fatturi, bħall-kwalità tiegħu ta’ kreditur ipotekarju, privileġġat jew ordinarju, in-natura u l-portata tal-garanziji eventwali li jkollu, l-evalwazzjoni tiegħu tal-possibbiltajiet li l-impriża terġa’ tiġi fuq saqajha kif ukoll il-qligħ li jagħmel fil-każ ta’ stralċ, kif ukoll ir-riskji li jara t-telf tiegħu ikompli jikber, jista’ wkoll ikun influwenzat, b’mod mhux negliġibbli, mit-tul tal-proċeduri, peress li dan jipposponi l-irkupru tas-somom dovuti u jista’ għaldaqstant jaffettwa, fil-każ ta’ proċeduri twal, b’mod partikolari, il-valur tagħhom.

Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni kellha f’dan il-każ tiddetermina jekk, fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, għall-finijiet li jikseb il-ħlas tas-somom dovuti lilu, tali kreditur privat ma kienx anifestament jaċċetta l-proposta ta’ arranġament ġuridiku u kellha tipparaguna, abbażi tal-interessi ta’ kreditur privat, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull waħda minn dawn il-proċeduri, l-oneru tal-prova li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju ta’ kreditur privat għandu ġewx issodisfatti.

(ara l-punti 93, 94, 131-139, 269, 280)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 94-96)

9.      Fil-qasam tal-għajuna mill-Istat, jekk Stat Membru jinvoka dan il-kriterju matul il-proċedura amministrattiva, huwa għandu, fil-każ ta’ dubju, jistabbilixxi b’mod inekwivoku u abbażi ta’ provi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati li l-implementazzjoni tal-miżura hija marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ operatur ekonomiku. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jipprovdi lill-Kummissjoni provi tan-natura meħtieġa, huwa l-obbligu ta’ din tal-aħħar li twettaq evalwazzjoni globali filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni, minbarra l-provi prodotti mill-Istat Membru kkonċernat, kwalunkwe prova oħra rilevanti f’dan il-każ li tippermettilha tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tirriżultax mill-kwalità ta’ operatur ekonomiku jew minn dik ta’ awtorità pubblika tal-imsemmi Stat Membru.

Minn dan jirriżulta li sa fejn Istat Membru kkonċernat ma jinvokax il-kriterju ta’ kreditur privat u jqis li l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tista’, għal din ir-raġuni biss, tiddispensa ruħha minn kull eżami ta’ dan il-kriterju jew tqisu inapplikabbli.

Barra minn hekk, il-kriterju ta’ kreditur privat jista' jiġi invokat mill-benefiċjarju tal-għajnuna sabiex juri li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, peress li dan dan il-kriterju la hija eċċezzjoni li tapplika biss fuq talba ta’ Stat Membru, u lanqas irriżervata għall-Istat Membru kkonċernat. Bħall-Istat Membru li jibbaża fuq dan il-kriterju, meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jinvokaha, huwa għandu, fil-każ ta’ dubju, jistabbilixxi b’mod inekwivoku u abbażi ta’ provi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati li l-implementazzjoni tal-miżura hija marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ operatur ekonomiku tal-imsemmi Stat Membru.

Peress li l-benefiċarju kien invoka dan il-kriterju u kien ipproduċa dokumenti għal dan il-għan, kienet il-Kummissjoni li kellha tivverifika jekk dawn id-dokumenti kinux jikkorrispondu għar-rekwiżiti stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, u, fl-affermattiv, twettaq evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni, minbarra l-provi prodotti, kull prova rilevanti f’dan il-każ li tippermettilha tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni kinitx marbuta mal-kwalità ta’ operatur ekonomiku jew ma’ dik ta’ awtorità pubblika tal-Istat Membru inkwistjoni.

(ara l-punti 97, 98, 108-112, 115, 118)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 105, 106)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 141)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 142)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 144-147, 270)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 172, 177)

15.    Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-applikabbiltà tal-kriterju ta’ kreditur privat ma kinitx tiddependi fuq il-forma li biha l-vantaġġ kien ġie mogħti iżda fuq il-klassifikazzjoni tal-miżura meħuda bħala deċiżjoni adottata minn operatur privat. Il-fattur deċiżiv huwa jekk il-miżura inkwistjoni ssodisfatx kriterju ta’ razzjonalità ekonomika, b’mod li kreditur privat, li jixtieq jimmassimizza l-possibbiltajiet tiegħu li jirkupra l-kreditu tiegħu jew għall-inqas il-biċċa l-kbira minn dan il-kreditu, jista’ wkoll jaċċetta li jieħu tali miżura.

F'dawn iċ-ċirkustanzi, is-sempliċi fatt li proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa ma kinitx aċċessibbli għal kreditur privat sabiex jirkupra l-kreditu tiegħu ma huwiex ta’ natura li jipprekludi l-analiżi tal-kriterju ta’ kreditur privat bil-għan ta’ paragun ta’ din il-proċedura mal-proċedura ta’ arranġament ġuridiku.
Fil-fatt, dan il-fatt ma jimpedixxix li tiġi vverifikata r-razzjonalità ekonomika tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità tat-taxxa lokali li tissuġġetta impriża għall-proċedura ta’ arranġament ġuridiku li timplika l-annullament ta’ dejn fiskali ta' din l-impriża fir-rigward ta’ din l-awtorità.

(ara l-punti 251, 253)