Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji

(Kawża T-104/14 P-INTP) 1

“Appell — interpretazzjoni ta’ sentenza”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u G. Gattinara, aġenti)

Appellat: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) u Anduela Gjergji (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2015, Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji (T-104/14 P, EU:T:2015:776).

Dispożittiv

Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-entenza tat-13 ta’ Ottubru 2015, Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji (T-104/14 P), għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda kemm l-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u kif ukoll dawk tal-proċedura tal-ewwel istanza.

Marco Verile u Anduela Gjergji, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fir-rigward tal-proċedura ta’ interpretazzjoni.

L-oriġinal ta’ din is-sentenza huwa anness mal-oriġinal tas-sentenza interpretata u fil-marġni ta’ dan l-oriġinal issir nota ta’ din is-sentenza.

____________

1 ĠU C 151, 19.5.2014.