Language of document : ECLI:EU:T:2017:33





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji

(Kawża T-104/14 P-INTP)

“Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza”

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Regoli applikabbli – Kundanna ta’ kull parti sabiex isostnu l-ispejjeż tagħhom fil-kuntest ta’ appell – Spejjeż marbuta mal-kawża tal-ewwel istanza – Inklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 211(3))

(ara l-punti 10, 11)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2015, Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji (T-104/14 P, EU:T:2015:776).

Dispożittiv

Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-entenza tat-13 ta’ Ottubru 2015, Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji (T-104/14 P), għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda kemm l-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u kif ukoll dawk tal-proċedura tal-ewwel istanza.

Marco Verile u Anduela Gjergji, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fir-rigward tal-proċedura ta’ interpretazzjoni.

L-oriġinal ta’ din is-sentenza huwa anness mal-oriġinal tas-sentenza interpretata u fil-marġni ta’ dan l-oriġinal issir nota ta’ din is-sentenza.