Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Conticchio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/12 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Deċiżjoni li tikkonċerna l-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanta: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Tortora, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)SuġġettAppell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, Conticchio vs Il-Kummissjoni (F-22/11, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.DispożittivL-appell huwa miċħud.2)     Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.