Language of document :

Appell ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2021 minn Deutsche Post AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-25/20, Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ qarn stilizzat)

(Kawża C-5/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Deutsche Post AG (rappreżentant: M. Viefhues, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Pošta Slovenije d.o.o.

B’digriet tal-5 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina jekk l-appelli għandhomx jitkomplew) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jitkompla u kkundannat lil Deutsche Post AG għall-ispejjeż tagħha stess.

____________