Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle (qabel, Cour d'arbitrage) - Il-Belġju) - Ordre des barreaux francophones et germanophone, Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles, Ordre des barreaux flamands, Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles vs Il-Kunsill tal-Ministri

(Kawża C-305/05)1

(Direttiva 91/308/KEE - Prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus - Obbligu impost fuq l-avukati li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti b'kull fatt li jista' jkun indikazzjoni ta' ħasil ta' flus - Dritt għal smigħ xieraq - Sigriet professjonali u indipendenza ta' l-avukati)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle (qabel, Cour d'arbitrage)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordre des barreaux francophones et germanophone, Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles, Ordre des barreaux flamands, Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles

Konvenut: Il-Kunsill tal-Ministri

Fil-preżenza ta': Conseil des barreaux de l'Union européenne, Ordre des avocats du barreau de Liège

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour constitutionnelle (qabel, Cour d'arbitrage) - Validità ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/97/KE, ta' l-4 ta' Diċembru 2001, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE, dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus (ĠU L 344, p. 76) - Dritt għal smigħ xieraq kif iggarantit mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat UE - Prinċipji tas-sigriet professjonali u ta' l-indipendenza ta' l-avukati - Obbligu impost fuq l-avukati li jinformaw lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus b'kull fatt li jista' jindika tali ħasil

Dispożittiv

L-obbligi ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1991, dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/97/KE, ta' l-4 ta' Diċembru 2001, u imposti fuq l-avukati mill-Artikolu 2a(5) ta' din id-Direttiva, fid-dawl tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(3) tagħha, ma jiksrux id-dritt għal smigħ xieraq, kif iggarantit mill-Artikoli 6 tal-KEDB u 6(2) UE.

____________

1 - ĠU C 243, 01.10.2005.