Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 taʼ April 2013 - HTC Sweden vs UASI - Vermop Salmon (TWISTER)

(Kawża T-230/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HTC Sweden AB (Söderköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Jannar 2013, fil-Kawżi magħquda R 1873/2011-1 u R 1881/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni taʼ invalidità : it-trade mark figurattiva "TWISTER" għal prodotti fil-klassijiet 3, 7 u 21 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 617 932

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni taʼ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija bbażata fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata parzjalment invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________