Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' April 2013 - NIIT Insurance Technologies vs UASI (EXACT)

(Kawża T-228/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Frar 2013, fil-Każ R 1307/2012-4 dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 010355501, kelma: EXACT, u tad-deċiżjoni preċedenti tad-dipartiment tat-trade marks tal-UASI tad-29 ta' Mejju 2012 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja 010355501, kelma: EXACT, sa fejn ġiet miċħuda l-protezzjoni tat-trade mark;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali EXACT għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 42 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 355 501

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament kif ukoll tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, konkluża f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950, kif emendata bil-Protokoll Nru 11, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1998;

Ksur tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

____________