Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-229/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli – Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks meta mqabbla mal-orġinali ppreżentat sussegwentement – Preżentata tal-oriġinal tar-rikors barra mit-terminu – Tardività tar-rikors – Appell manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

AppellataParti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-21 ta’ Frar 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-113/11, li għadhau ma ġiextx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.