Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (EXACT)

(Kawża T-228/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EXACT – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 56 TFUE”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2013 (Każ R 1307/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EXACT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 189, 29.06.2013.