Language of document : ECLI:EU:T:2014:272





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 — NIIT Insurance Technologies vs UASI (EXACT)

(Kawża T‑228/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EXACT — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 56 TFUE”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Evalwazzjoni tan-natura deskrittiva ta’ sinjal — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20-22)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali EXACT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 23, 24, 29-31, 36)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 33)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punti 44, 45)

5.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Bordijiet tal-Appell — Klassifikazzjoni bħala amministrazzjoni tal-Uffiċċju — Dritt tal-partijiet għal “smigħ” xieraq — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 62 sa 64) (ara l-punt 52)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 58, 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2013 (Każ R 1307/2012‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EXACT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.