Language of document : ECLI:EU:T:2013:608

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

14 ta’ Novembru 2013

Kawża T‑229/13 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks meta mqabbel mal-orġinali ppreżentat sussegwentement — Preżentata tal-oriġinal tar-rikors barra mit-terminu — Tardività tar-rikors — Appell manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F‑113/11), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għal preżentata ta’ rikors — Firma ta’ avukat miktuba bl-idejn differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut permezz tal-posta — Konsegwenza — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta waslet il-faks sabiex tiġi evalwata l-osservanza tat-terminu għal preżentata ta’ rikors

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 34(1) u (6))

Meta l-firma tal-avukat li jirrappreżenta lil rikorrent li jidher fil-qiegħ tar-rikors ippreżentat permezz ta’ faks ma hijiex identika għal dik li tidher fl-oriġinal tar-rikors trażmess sussegwentement, ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu għal preżentata ta’ rikors.

Fil-kuntest tal-kontenzjuż tas-servizz pubbliku tal-Unjoni, l-Artikolu 34(6) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jipprovdi li d-data li fiha kopja tal-oriġinal iffirmat ta’ att proċedurali għandha tasal fir-Reġistru permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ieħor ta’ komunikazzjoni użat mill-imsemmi Tribunal, għandha tiġi meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-termini tal-proċedura, sakemm l-oriġinal tal-att iffirmat jiġi ppreżentat fir-Reġistru mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara l-wasla tal-kopja tal-oriġinal. Konsegwentement, jekk jidher li l-oriġinal tal-att li huwa materjalment ippreżentat fir-reġistru fl-għaxart ijiem wara t-trażmissjoni tiegħu permezz ta’ kopja bil-faks quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma fihx l-istess firma bħal dik li tidher fuq id-dokument mibgħut permezz ta’ faks, hemm lok li jiġi kkonstatat li fir-Reġistru tal-imsemmi Tribunal waslu żewġ atti proċedurali differenti, iffirmati b’firma differenti anki jekk kull waħda saret mill-istess persuna. L-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 34(6) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taqdi r-rekwiżit taċ-ċertezza legali u tan-neċessità li tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew kull trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

(ara l-punti 14 u 19)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 22 ta’ Settembru 2011, Bell & Ross vs UASI, C‑426/10 P, Ġabra p. I‑8849, punt 43, u l-ġurisprudenza ċċitata

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 29 ta’ Novembru 2011, ENISA vs CEPD, T‑345/11, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 15 sa 17; 3 ta’ Ottubru 2012, Tecnimed vs UASI – Ecobrands (ZAPPER-CLICK), T‑360/10, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 15 sa 17, u l-ġurisprudenza ċċitata