Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Bremen (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Frar 2021 – DM vs CTS Eventim AG & Co. KGaA

(Kawża C-96/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DM

Konvenut: CTS Eventim AG & Co. KGaA

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun suffiċjenti għall-esklużjoni tad-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur jekk il-kummerċjant ma jipprovdix direttament lill-konsumatur servizz marbut ma’ attivitajiet ta’ rikreazzjoni iżda jbigħ lill-konsumatur id-dritt għall-aċċess għal tali servizz?

____________

1     ĠU 2011, L 304, p. 64.