Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Ryanair u Malta Air vs Il-Kummissjoni (Air France-KLM u Air France; COVID-19)

(Kawża T-494/21) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Franza lil Air France u lil Air France-KLM fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Rikapitalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Locus standi – Ħsara sostanzjali għall-pożizzjoni tar-rikorrent fis-suq – Ammissibbiltà – Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fil-kuntest ta’ grupp ta’ kumpanniji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Malta Air ltd. (Pietà, Malta) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating, I.- G. Metaxas-Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. Carpi Badía u C. Georgieva, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: P.- L. Krüger u J. Möller, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.- L. Desjonquères, P. Dodeller, T. Stéhelin, B. Fodda u T. Lechevallier, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti : M. Bulterman, C. Schillemans u J. Langer, aġenti, assistiti minn S. Corrijn, avukat), Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u D. Vallindas, avukati), Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u D. Vallindas, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2488 final tal-5 ta’ April 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59913 – Franza – COVID-19 – Rikapitalizzazzjoni ta’ Air France u ta’ Air France-KLM.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2488 final tal-5 ta’ April 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59913 – Franza – COVID-19 – Rikapitalizzazzjoni ta’ Air France u ta’ Air France-KLM hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair DAC u Malta Air ltd.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Air France-KLM u Société Air France għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 391, 27.9.2021.