Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Ryanair u Malta Air vs Il-Kummissjoni (Air France ; COVID-19)

(Kawża T-216/21) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Franza lil Air France fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Garanzija mill-Istat għal self bankarju u self subordinat tal-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Locus standi – Ħsara sostanzjali għall-pożizzjoni tar-rikorrent fis-suq – Ammissibbiltà – Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fil-kuntest ta’ grupp ta’ kumpanniji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Malta Air ltd. (Pietà, Malta) (rappreżentanti : F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating, I.-G. Metaxas-Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. Carpi Badía u C. Georgieva, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: ir-Repubblika Ferderali tal-Ġermanja (rappreżentant : P.-L. Krüger, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti : T. Stéhelin, P. Dodeller, T. Lechevallier u B. Fodda, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti : M. Bulterman, J. Langer u C. Schillemans, aġenti, assistiti minn S. Corrijn, avukat), Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti : J. Derenne u D. Vallindas, avukati), Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentanti  : J. Derenne u D. Vallindas, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2983 final tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57082 (2020/N) – Franza – COVID-19 – Qafas Temporanju 107(3)(b) – Garanzija u self minn azzjonist għall-benefiċċju ta’ Air France, kif ikkoreġuta bid-Deċiżjonijiet C(2020) 9384 final tas-17 ta’ Diċembru 2020, u C(2021) 5701 final tas-26 ta’ Lulju 2021.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2983 final tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57082 (2020/N) – Franza COVID-19 – Qafas Temporanju 107(3)(b) – Garanzija u self minn azzjonist għall-benefiċċju ta’ Air France, kif ikkoreġuta bid-Deċiżjonijiet C(2020) 9384 final tas-17 ta’ Diċembru 2020, u C(2021) 5701 final tas-26 ta’ Lulju 2021 għandha tiġi annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair DAS u Malta Air ltd.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Air France-KLM u Société Air France għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 217, 7.6.2021.