Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2023 – UF vs Il-Parlament

(Kawża T-1137/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: UF (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni D300769 tat-30 ta’ Jannar 2023, ikkomunikata fl-istess jum u implimentata permezz tad-deċiżjoni D301641, adottata fis-17 ta’ Frar 2023 mid-Direttorat Ġenerali tal-Parlament li miegħu r-relazzjoni ta’ impjieg inħallet unilateralment, b’effett mit-30 ta’ April 2023, li tat avviż ta’ tliet xhur.

Tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, li ġiet iffurmata impliċitament wara s-silenzju li dam iktar minn erba’ xhur, wara d-data tal-preżentata tal-ilment, skont l-Artikolu 90, II, tar-Regolament tal-Persunal.

Tannulla d-Deċiżjoni D103501 adottata fit-28 ta’ Awwissu 2023 mis-Segretarju Ġenerali tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti (AACC), li permezz tagħha l-ilment ippreżentat fil-25 ta’ April 2023 taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ġie miċħud.

Kif ukoll [tordna l-ħlas] tal-kumpens għad-dannu, li jammonta għal total ta’ EUR 81 737.54, li jirrappreżenta d-differenza bejn l-ammont tas-salarju ta’ kull xahar ta’ EUR 5 918.27 u l-ammont tal-pensjoni ta’ EUR 1 642.21, għall-perjodu mit-30 ta’ April 2023 sad-29 ta’ Frar 2024 u t-telf tad-drittijiet tal-pensjoni marbuta mal-ħall bikri tar-relazzjoni tax-xogħol, kif ukoll id-dannu morali, stmat pro bono et aequo għal EUR 10 000.

Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ksur relatat tad-drittijiet tad-difiża.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi, ksur ta’ standards relatati mal-protezzjoni kontra t-tkeċċijiet inġusti.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta' evalwazzjoni, [il-Parlament] ma ssodisfax l-oneru tal-prova li kellu dwar l-eżistenza tad-dannu għall-immaġni.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

____________