Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fl-4 ta’ Marzu 2021 – EV vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

(Kawża C-134/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EV

Konvenut: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ordnat:

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, fir-rigward ta’ applikant li jkun ippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-regolament, miżuri preparatorji għal dan it-trasferiment, bħall-għoti ta’ post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom.

____________