Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 - Hambura vs Il-Parlament

(Kawża F-4/08)1

(Servizz pubbliku - Persunal temporanju - Reklutaġġ - Proċedura ta' għażla - Nuqqas ta' ammissjoni - Avviż ta' reklutaġġ PE/95/S - Nuqqas ta' użu tal-formola ta' applikazzjoni li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Proċedura amministrattiva minn qabel)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Johannes Hambura (Soultzbach, Franza) (rappreżentant: S. Hambura, avukat)

Konvenut: Il-Parlament tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat ġenerali tal-persunal tal-5 ta' Diċembru 2007 li ma jaċċettax il-kanditatura tar-rikorrent, l-annullament tal-kompetizzjoni PE/95/S, qasam: mediċina u l-bidu mill-ġdid tal-proċedura tal-kompetizzjoni billi jippermetti l-użu ta' formola elettronika ta' applikazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

S. Hambura huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 92, 12/04/2008, p.50.