Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Awwissu 2010 - Cantisani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nicola Cantisani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. De Lannoy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku u talba għall-kumpens għad-dannu subit.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u Amministrazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ottubru 2009 (ADMIN.B2/JJ/jm 0(09)) li permezz tagħha l-amministrazzjoni qieset li ma kellhiex tkompli tipproċessa t-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti quddiem il-Kummissjoni fid-29 ta' Jannar 2009;

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni materjali u morali subiti minħabba atti ta' fastidju;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________