Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Niki Luftfahrt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/10) 1

(“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Trasport bl-ajru — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni — Evalwazzjoni tal-effetti tal-operazzjoni fuq il-kompetizzjoni — Impenji”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Niki Luftfahrt GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Asenbauer u A. Habeler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, R. Sauer u N. von Lingen, sussegwentement S. Noë, R. Sauer u H. Leupold, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment C. Pesendorfer, E. Riedl u A. Posch, sussegwentement C. Pesendorfer u M. Klamert, aġenti); Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Völcker u A. Israel, sussegwentement S. Völcker u J. Orologas, avukati); u Österreichische Industrieholding AG (Vjenna) (rappreżentanti: H. Kristoferitsch, P. Lewisch u B. Kofler-Senoner, avukati)SuġġettTalba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6690 finali, tat-28 ta’ Awwissu 2009, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.5440 – Lufthansa/Austrian Airlines).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Niki Luftfahrt GmbH għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Österreichische Industrieholding AG u minn Deutsche Lufthansa AG.Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.