Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social nº 33 de Madrid (Spanja) fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Montero Mateos vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid

(Kawża C-677/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social nº 33 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Montero Mateos

Konvenuta: Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid

Domanda preliminari

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, inkluż fl-ordimanent Komunitarju permezz tad-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni 1999/70 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tmiem tal-kuntratt temporanju ta’ “interinidad” [kuntratt temporanju ta’ sostituzzjoni jew fl-istennija ta’ pożizzjoni vakanti] konkluż għall-kopertura ta’ pożizzjoni vakanti fl-iskadenza tat-terminu miftiehem bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiema, jikkostitwixxi raġuni oġġettiva li tiġġustifika li l-leġiżlatur nazzjonali ma jipprevedi f’tali każ ebda kumpens għax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol, filwaqt li għal ħaddiem permanenti paragunabbli li tkeċċa minħabba raġuni oġġettiva jipprevedi kumpens ta’ 20 jum għal kull sena ta’ servizz?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.