Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Intrasoft International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tas-sistema doganali – Kunflitt ta’ interessi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għar-Repubblika tas-Serbja – Ċaħda impliċita tal-ilment imressaq kontra ċ-ċaħda tal-offerta”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2012 tal-Kummissjoni, li taġixxi permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja, li tgħid li l-kuntratt għal servizzi għas-sejħa għall-offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, intitolat “Assistenza teknika għall-amministrazzjoni tad-dwana Serba fil-kuntest tal-immordenizzar tas-sistema doganali” (ĠU 2011/S 160-262712), ma setax jiġi attribwit lill-konsorzju li kienet tagħmel parti minnu Intrasoft International SA, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni impliċita li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2012DispożittivId-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tal-konsorzju li kienet tagħmel parti minnu Intrasoft International SA, li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2012 redatta mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Serbja bħala awtorità kontraenti subdelegata tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/131367/C/SER/RS, intitolata “Assistenza teknika lill-amministrazzjoni tad-dwana Serba bħala parti mill-modernizzazzjoni tas-sistema doganali”, qed tiġi annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 343, 10.11.2012.