Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Frar 2021 – B.S., W.S. vs M.

(Kawża C-81/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B.S., W.S.

Konvenut: M.

Domandi preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 1 tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li permezz tagħha l-qorti, wara li tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li ma tagħtix lok għall-invalidità tal-kuntratt, tista’ tissupplimenta l-kontenut tal-kuntratt permezz ta’ regola tad-dritt nazzjonali applikabbli sakemm ma jiġix maqbul mod ieħor?

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li permezz tagħha l-qorti, wara li tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tagħti lok għall-invalidità tal-kuntratt, tista’ tissupplimenta l-kontenut tal-kuntratt permezz ta’ regola tad-dritt nazzjonali applikabbli sakemm ma jiġix maqbul mod ieħor, sabiex tipprevjeni li l-kuntratt ikun invalidu, minkejja l-fatt li l-konsumatur jagħti l-kunsens tiegħu għall-invalidità tal-kuntratt?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.