Language of document : ECLI:EU:T:2012:348





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Lulju 2012 — Jackson International vs UASI — Royal Shakespeare (ROYAL SHAKESPEARE)

(Kawża T-60/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali ROYAL SHAKESPEARE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti RSC-ROYAL SHAKESPEARE COMPANY — Raġunijiet relattivi għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark li għandha reputazzjoni — Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (KE) — Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 17-21, 25-27)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Trade marks verbali ROYAL SHAKESPEARE u RSC-ROYAL SHAKESPEARE COMPANY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(5) u 53(1)(a)) (ara l-punti 28-30, 34-37, 45, 46, 58-64, 69-71)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fil-Komunità — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 33, 44)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (ara l-punt 42)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 49, 50)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju — Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 54)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 55-57)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2009 (Każ R 317/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn The Royal Shakespeare Company u Jackson International Trading Co. Kurt D. Brühl GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jackson International Trading Co. Kurt D. Brühl GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.