Language of document : ECLI:EU:T:2014:473





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Nike International vs UASI – Muñoz Molina (R10)

(Kawża T‑137/09 RENV)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R10 – Trade mark nazzjonali preċedenti R10 mhux irreġistrata – Ċessjoni tat-trade mark nazzjonali – Prova tal-proprjetà tat-trade mark preċedenti”

Trade mark Komunitarja – Trasferiment tad-dritt tal-proprjetà intellettwali – Prova tat-transferiment tad-dritt nazzjonali preċedenti (ara l-punti 34-39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DL Sports & Marketing Ltda u Aurelio Muñoz Molina.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nike International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.