Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2010 - Nike International vs UASI - Muñoz Molina (R10)

(Kawża T-137/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R10 - Trade mark nazzjonali verbali mhux irreġistrata R10 - Ċessjoni tat-trade mark nazzjonali - Difett proċedurali"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aurelio Muñoz Molina (Petrer, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn DL Sports & Marketing Ltda u Aurelio Muñoz Molina.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta' Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 129, 06.06.2009.