Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2011 - Mövenpick vs UASI (PASSIONATELY SWISS)

(Kawża T-377/09) 

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PASSIONATELY SWISS - Raġuni assoluta għal rifjut - Indikazzjoni ġeografika ta' provenjenza - Nuqqas ta' karattru distintiv")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mövenpick-Holding (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Taxhet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Lulju 2009 (Każ R 1457/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PASSIONATELY SWISS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Mövenpick Holding hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.