Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) - il-Portugall) – MB vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-399/23 1 , Osóquim 2 )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Taxxa fuq il-vetturi – Vetturi użati li joriġnaw minn Stati Membri oħra – Perċentwali ta’ tnaqqis marbuta mad-deprezzament kummerċjali – Kalkolu abbażi ta’ komponent ta’ ċilindrata u ta’ komponent ambjentali – Applikazzjoni ta’ diversi perċentwali ta’ tnaqqis għal kull komponent tat-taxxa)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MB

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tieħux inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont ta’ taxxa fuq il-vetturi, meta tiġi applikata għal vettura użata li toriġina minn Stat Membru ieħor, tad-deprezzament tal-komponenti ambjentali ta’ din it-taxxa fl-istess proporzjon u skont l-istess termini bħal dawk fir-rigward tal-komponenti ta’ ċilindrata tal-imsemmija taxxa jekk, u sa fejn, l-ammont tat-taxxa miġbur fuq l-imsemmija vettura jaqbeż l-ammont tal-valur residwu tat-taxxa li hija inkorporata fil-valur tal-vetturi nazzjonali simili preżenti fuq is-suq nazzjonali tal-vetturi użati.

____________

1 Data tal-preżentata: 29.6.2023

1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.