Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 –
Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑116/10)
“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Land Nordrhein-Westfalen – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Rikors manifestament fondat”
1. Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju
(Artikolu 263 TFUE)
(ara l-punti 60, 61)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat
(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))
(ara l-punti 68, 71)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675 tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997‑1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120 tas-7 ta’ Mejju 1997. |
Dispożittiv
1) | | Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675 tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997‑1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120 tas-7 ta’ Mejju 1997 hija annullata. |
2) | | Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |