Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2023 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ Settembru 2023 fil-Kawżi magħquda T-252/15 u T-257/15, Ferrovial et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-780/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes, P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura:

Ferrovial, SA,

Ferrovial Servicios SA,

Amey UK plc,

Arcelormittal Spain Holding, SL

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2023, fil-kawżi magħquda Ferrovial et vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-252/15 u T-257/15, EU:T:2023:584);

tiċħad ir-rikorsi għal annullament fil-Kawżi T-252/15 (Ferrovial vs Il-Kummissjoni) u T-257/15 (Arcelormittal Spain Holding vs Il-Kummissjoni); u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqajjem tliet aggravji u tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

1.    Żball ta’ liġi dwar il-portata tad-deċiżjonijiet inizjali, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni miġjuba mill-Istat Membru (l-ewwel aggravju);

2.    Żball ta’ liġi dwar il-valur ta’ prassi amministrattiva vinkolanti, billi qieset li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna ma jistax jiġi estiż (it-tieni aggravju); u

3.    Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi għall-iskema ta’ għajnuna kkontestata (it-tielet aggravju).

____________