Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bologna (l-Italja) fil-21 ta’ Lulju 2023 – proċeduri kriminali kontra OB

(Kawża C-460/23, Kinshasa) 1

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bologna

Parti fil-kawża prinċipali

OB

Domandi preliminari

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 52(1) tiegħu, moqri flimkien mad-dritt għal-libertà personali u mad-dritt għall-proprjetà stabbiliti fl-Artikoli 6 u 17, kif ukoll mad-drittijiet għall-ħajja u għall-integrità fiżika stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, mad-dritt għall-ażil previst fl-Artikolu 18 u r-rispett tal- ħajja tal-familja previst fl-Artikolu 7, tipprekludi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati 1 u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati 2 (trasposti fid-dritt Taljan permezz tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 12 tat-Test Uniku dwar l-Immigrazzjoni 3 ) sa fejn dawn jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu sanzjonijiet kriminali fil-konfront ta’ kull min b’mod intenzjonali jiffaċilita jew iwettaq atti intiżi li jiffaċilitaw id-dħul ta’ barranin f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju tal-Unjoni, anki meta dawn l-atti jitwettqu mingħajr skop ta’ lukru, mingħajr ma jipprevedu fl-istess ħin l-obbligu għall-Istati Membri li jeskludu l-klassifikazzjoni kriminali tal-atti intiżi sabiex jiffaċilitaw id-dħul irregolari mwettqa bl-għan ta’ għoti ta’ għajnuna umanitarja lill-barrani?

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 52(1) tiegħu, moqri flimkien mad-dritt għal-libertà personali u mad-dritt għall-proprjetà stabbiliti fl-Artikoli 6 u 17, kif ukoll mad-drittijiet għall-ħajja u għall-integrità fiżika stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, mad-dritt għall-ażil previst fl-Artikolu 18 u r-rispett ħajja tal-familja ħajja tal-familja previst fl-Artikolu 7, tipprekludi il-kriminalizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 12 tat-Test Uniku dwar l-Immigrazzjoni, sa fejn din tippenalizza l-aġir tal-persuna li twettaq atti intiżi li jiżguraw id-dħul illegali ta’ barrani fit-territorju tal-Unjoni, anki meta dawn l-atti jitwettqu mingħajr skop ta’ lukru, mingħajr ma teskludi fl-istess ħin il-klassifikazzjoni kriminali tal-atti intiżi biex jiffaċilitaw id-dħul irregolari mwettqa bl-għan ta’ għoti ta’ għajnuna umanitarja lill-barrani?

____________

1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 64

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 61

1     Decreto legislativo n. 286 del 25 luglio 1998 (Testo unico delle disposizioni concernenti la disciplina dell’immigrazione e norme sulla condizione dello straniero – “T.U.I.”), (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 286 tal-25 ta’ Lulju 1998 li Jistabbilixxi Test uniku ta’ Dispożizzjonijiet li Jikkonċernaw il-Leġiżlazzjoni tal-Immigrazzjoni u r-Regoli dwar l-Istatus tal-Barranin)