Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2011 - Italiana Calzature vs UASI  Vicini (Giuseppe BY GIUSEPPE ZANOTTI)

(Kawża T-337/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Italiana Calzature SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vicini SpA (San Mauro Pascoli, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-8 April 2011 dwar il-Każ R 0918/2010-2, u konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta' April 2010 dwar l-oppożizzjoni Nru 992653

tikkundanna lill-UASI għall-ħlas lura sħiħ ta' spejjeż u taxxi ta' din il-proċedura

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: VICINI S.p.A.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "Giuseppe BY GIUSEPPE ZANOTTI" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 992653) għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark u sinjal invokat: Trade mark Komunitarja verbali preċedenti "ZANOTTI" (m. 244.277), għall-prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________