Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Ottubru 2012 - Wessang vs UASI - Greinwald (star foods)

(Kawża T-333/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva star foods - Trade marks Komunitarja verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbilta' ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nicolas Wessang (Zimmerbach, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Greinwald GmbH (Kempten, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' April 2011 (Każ R 1837/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Nicolas Wessang u Greinwald GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta' April 2011 (Każ R 1837/2010-4), hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 skont il-Ftehim ta' Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta' prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta' trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, bl-eċċezzjoni tal-"birer", li jaqgħu fil-klassi 32 skont il-Ftehim ta' Nice.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta' Nicolas Wessang.

N. Wessang għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.

Greinwald GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011