Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta̕ Mejju 2013 - Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/11) 

["FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament -Ħlas uniku fuq l-erja - 'Żoni żvantaġġati' - Ħlasijiet diretti nazzjonali komplimentari - Tħaddim tas-sistema ta' informazzjoni ġeografika u tas-sistema ta' identifikazzjoni ta' artijiet agrikoli - Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Obbligu ta' motivazzjoni"]

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u T. Ivanov, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, D. Dimov, G. Koleva u D. Stefanov, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE , tal-15 ta' April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal- Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (PU L 102, p. 33), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 331, 12.11.2011.