Language of document : ECLI:EU:T:2012:614





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 — Getty Images vs UASI (PHOTOS.COM)

(Kawża T-338/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PHOTOS.COM — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punti 16, 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali PHOTOS.COM [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punti 18-34)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 41-44)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark verbali PHOTOS.COM (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 48-64)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-puntt 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1831/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PHOTOS.COM bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Getty Images (US), Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.