Language of document : ECLI:EU:T:2010:238





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2010 – Biocaps vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/09)

“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Eżistenza tad-destinatarju tad- deċiżjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Destinatarju (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni - Deċiżjoni li tordna lil persuna ġuridika u lill-entitajiet ikkontrolatti minnha sabiex jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4)) (ara l-punt 32)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l‑Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Biocaps għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.