Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 - Stella Kunststofftechnik vs UASI - Stella Pack (Stella)

(Kawża T-27/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stella Kunststofftechnik GmbH (Eltville, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stella Pack Sp. z o. o. (Lubartow, ir-Repubblika tal-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tat-13 ta' Novembru 2008, mogħtija fid-19 ta' Novembru 2008, u tiddikjara li t-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka tat-22 ta' Diċembru 2006 kellha tiġi miċħuda bħala inammissibbli;

sussidjarjament, filwaqt li tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta' Novembru 2008, inkluża dik tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-27 ta' Frar 2008, tissospendi d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka tat-22 ta' Novembru 2006 sakemm il-proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-Każ B 863177 ikunu ġew konklużi;

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż fil-kawża prinċipali li jistgħu jiġu rkuprati, inklużi dawk tal-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka: it-trade mark verbali "Stella" għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 16, 20 u 21 (Trade mark Komunitarja Nru 15 479)

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' revoka tat-trade mark Komunitarja: Stella Pack Sp. z o. o.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade marks ikkonċernati rrevokati għal ċerti prodotti fil-klassijiet 6, 8, 16 u 20

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tar-rikorrenti miċħud

Motivi invokati: kriterji ta' ammissibbiltà li skont ir-Regolament (KE) Nru 40/941 u r-Regolament (KE) Nru 2868/952 għandhom jiġu kkunsidrati ex officio ma ttieħdux inkunsiderazzjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità