Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2009 - Stella Kunststofftechnik vs UASI - Stella Pack (Stella)

(Kawża T-27/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali Stella - Proċedimenti ta' oppożizzjoni mibdija qabel abbażi ta' din it-trade mark - Ammissibbiltà - Artikolu 50(1) u l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stella Kunststofftechnik GmbH (Eltville, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Führer u G. Schneider, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Stella Pack S.A. (Lubartów, il-Polonja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008 (Każ R 693/2008-4), dwar proċedimenti ta' revoka bejn Stella Kunststofftechnik GmbH u Stella Pack sp. z o.o.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Stella Kunststofftechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 82, 4.4.2009.