Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 - Biocaps vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biocaps (Orsay, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata ;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, entità legali responsabbli għall-operat ta' Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/20031, lill-imsemmi laboratorju, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fi u/jew l-eventwali implementazzjoni ta' akkordji jew prattiċi miftiehma li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE u/jew 82 KE.

Dan l-aġir immanifesta ruħu partikolarment taħt il-forma ta' deċiżjonijiet li għandhom bħala għan li ma jħallux lill-ispiżjara u/jew persuni ġuridiċi jaċċedu għas-suq tas-servizzi ta' analiżi tal-bijoloġija medika, li jillimitaw l-attività tagħhom f'dan is-suq jew li jeskluduhom minnu.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom ikunu indirizzati lil entitajiet li għandhom personalità ġuridika, peress li d-destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata ma kienx għadu jeżisti fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).