Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 - Johnson & Johnson vs UASI - Simca (YouCare)

(Kawża T-25/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Johnson & Johnson GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Gérard, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simca Srl (Cesano Boscone (MI), L-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tas-6 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 175/2008-1;

tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 4 584 587 ta' trade mark figurattiva "YourCare"; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "YourCare" għal prodotti fil-klassijiet 3, 8 u 21

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Germaniża "Young Care" rregistrata Nru 2 913 574 għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Trade mark figurattiva Germaniża "bebe young care" rregistrata Nru 30 416 018 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 21 u 44; Trade mark verbali Germaniża "Young Care" rregistrata Nru 30 414 452 għal prodotti fil-klassi 21;

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħha fl-intier tagħha u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata meta kkonstata li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; Ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni evidenza fattwali prodotta mir-rikorrenti.

____________