Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 - Katjes Fassin vs UASI (Forma ta' wiċċ ta' panda)

(Kawża T-22/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1299/2006-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta wiċċ ta' panda taċ-ċikkulata, għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 4 505 161)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 sa fejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).